Kampanja ta’ ġbir ta’ reklami

Jekk inti sid ta’ kumpanija, negozju jew ħanut, toffri servizz partikulari bħal ngħidu ahna privat, tiswijiet speċjalizzati, etc., jew sempliċiment tixtieq tirreklama xi avveniment, aħna lesti li ngħinuk. Inti wkoll tkun qed tgħinna nkopru ftit mill-ispejjeż li għandna.
Fil-jiem li ġejjin, xi rappreżentanti mir-Radju se jduru ħwienet u persuni oħra stabbiliti li joffru xi servizz fin-Nadur u postijiet oħra biex jaraw jekk humiex interessati li jirreklamaw magħna. Ir-rati huma kompetittivi ħafna. Ir-radju tagħna jisimgħuh eluf ta’ nies kemm f’Għawdex kif ukoll f’Malta u barra minn xtutna permezz tal-Internet. Reklam tajjeb jista’ jżidlek in-negozju tiegħek.
Jekk inti interessat, nistednuk li tikkuntattjana fuq 2155 2266 jew permezz tal-email fuq [email protected], jew inkella billi tiftagħlna nota fil-letterbox taghna fil-Pjazzetta bid-dettalji tan-negozju tieghek u kif nistgħu nikkuntattjawk.
Inkella tista’ tipprintja l-ittra li qed titqassam (ara kopja hawn taħt), timliha u tgħaddihielna.
Tista’ wkoll tikkuntattjana permezz tal-Facebook.
Tinsiex, reklam f’waqtu jista’ jagħmel differenza kbira f’kemm ikollok klijenti. Ikkuntattjana fuq 2155 2266.
Grazzi bil-quddiem tal-appoġġ tieghek.

Radju Luminaria 106.9 FM

Pjazza l-Arċipriet Dun Martin Camilleri

In-Nadur NDR 1082 Għawdex – Malta

Tel. No. 2155 2266

E-mail: [email protected]

Siti: www.radjuluminaria.com – www.mnarjalive.com

Facebook: www.facebook.com/radju.luminaria

Diċembru 2014

Għażiż Sid,

Qed naħsbu għal kampanja ġdida ta’ reklamar fuq ir-Radju tal-Komunità tagħna. Wara snin li ilna ma nagħmlu reklami b’mod sostnut, issa wasal iż-żmien biex nerġgħu nibdewhom. Ir-reklamar fuq l-istazzjon tagħna hu essenzjali biex jinġabru fondi tant meħtieġa biex ir-Radju jkollu l-finanzi meħtieġa biex juża għal tagħmir ġdid, manutenzjoni, tiswijiet, liċenzja, u l-ħlas ta’ kontijiet rikorrenti oħrajn.

Il-ħsieb tagħna hu li niftiehmu miegħek eżatt dwar kif se jinstema’ r-reklam tiegħek (il-kliem li se jixxandar, mużika fl-isfond/sound effects, etc.).

Jekk tixtieq li tibda tirreklama immedjatament, nistgħu nippreparaw reklam bażiku li jibda jixxandar daqs jumejn jew tlieta wara li jiġi ffirmat il-kuntratt tar-reklamar.

Il-perjodu minimu ta’ reklamar hu ta’ tliet (3) xhur (i.e. skeda sħiħa – li normalment tkun mill-bidu tas-sena sal-Għid; mill-Għid sal-Imnarja; Lulju-Settembru; u Ottubru sal-Milied).

Jekk tixtieq reklam itwal jew li tixtieq li jixxandar bi frekwenza ikbar, allura rridu naslu għal ftehim dwar it-tul, il-frekwenza u l-prezz rispettiv.

Jekk inti interessat, jekk jogħġbok imla l-informazzjoni hawn taħt ħalli nibdew il-proċess tal-produzzjoni tar-reklam.

Grazzi tal-appoġġ tiegħek.


 

Isem tan-negozju/ħanut/servizz: ____________________________________________________________________

 

Isem is-sid jew contact person: _____________________________________________________________________

 

Numru tat-telefon: ________________________________________________________________________________

 

Numru tal-mobile: ________________________________________________________________________________

 

Tip ta’ negozju/ħanut/servizz: ______________________________________________________________________

 

Website: _________________________________________________________________________________________

 

Facebook page: ___________________________________________________________________________________

 

E-mail address tan-negozju/ħanut/servizz: ___________________________________________________________

 

E-mail address tal-contact person: __________________________________________________________________

 

Lingwa tar-reklam (Ingliż, Malti, jew it-tnejn): _______________________________________________________

 

X’tixtieq tirreklama (jekk jogħġbok ikteb il-messaġġ li tixtieq twassal fuq karta separata): __________________________________________________________________________________________________

 

Il-mużika/sound effects li tixtieq tuża: _______________________________________________________________

 

Jekk tixtieq lil xi persuna partikulari li taqra reklam, niżżel l-isem hawn: _______________________________

 

Tul ta’ żmien tal-kuntatt tar-reklamar:      3 xhur               6 xhur                9 xhur              12-il xahar

 

 

Kundizzjonijiet:

1.       Il-ħlas tar-reklam irid isir bil-quddiem.

2.       Jekk ikun hemm bżonn ta’ xi tibdil fir-reklam matul il-perjodu tal-kuntratt, dan isir bi ħlas addizzjonali tal-produzzjoni tar-reklam.

3.       Il-kuntratt tar-reklamar hu finali u ma jingħatawx rifużjonijiet wara li jkun ġie ffirmat.

 

Firma tas-sid: ___________________________________________________________________________________

 

Firma tar-Radio Manager/Fund-Raising Manager: ___________________________________________________

 

Data: _______________________________________

Leave a Reply